Lokali

Appell mill-qraba biex jinstab l-anzjan li jbati bid-dimensja

Qraba tal-anzjan, Karmenu Fino, magħruf aħjar bħala Charlie, qalu kif l-anzjan ibati bid-dimensja u possibilment qed jistkenn f’kmamar tal-għodda jew għelieqi privati.

F’post fuq Facebook, Rebecca Farrugia kitbet biex kull min għandu xi għelieqi jew propjetajiet privati f’Ħal Luqa, Gudja, Qormi, Imqabbad, Żurrieq, Qrendi, jew Ħal Safi, jiċċekjaw għall-possibiltà li l-anzjan qed jistkenn f’xi kmamar tal-għodda. Dan hekk kif il-qraba tiegħu ma jistgħux jaqbdu u jidħlu f’propjetajiet privati mingħajr permess tas-sid.

L-aħħar li l-anzjan deher kien għall-ħabta tal-10am tat-Tlieta. Hu kien residenti f’San Vincenz De Paul.

May be an image of 1 person and text that says 'Dan huwa Charlie Fino ragel anzjan marid bid-dimensja. Jekk joghgobkom jekk ghandkom xi gheliqi privati jew kmamar tal- ghoda mal-madwar ta Luqa, Gudja, Qormi area kif ukol waral mina Mqabba, Żurrieq, Qrendi Safi icekjaw jekk setax dahal jistken go fihom, peresli dawn huma propjetajiet privati ahnal- familjari ma nistawx nithlu fihom biex infitxuh. Grazzi hafna tal-koperazjoni. Ahbarijiet Lokali Anzjan irrappurtat nieqes Minn Gavin Muscat 28ta'