Internazzjonali Kurżitajiet

Cameron Diaz se terġa’ tidher f’film ma’ Jamie Foxx wara assenza ta’ 8 snin

Cameron Diaz ser terġa tidher f’film ġdid mal-attur Jamie Foxx minkejja li hi stess kienet qalet li se tirtira mix-xena taċ-ċinema..

Jamie Foxx, li huwa kemm attur u anke mużiċist, ikkonferma dan l-għajdut fuq il-mezzi soċjali tiegħu meta ppublika telefonata tiegħu stess ma’ Cameron Diaz.

Cameron Diaz, li l-aħħar li dehret f’film kien 8 snin ilu. Dan inzerta kien film ma’ Jamie Foxx, u fih kellha l-irwol ta’ ‘Miss Hannigan’ fil-film tal-2014 ‘Annie’.

Diaz stqarriet li qed tħoss kemm ansjetà imma anke’ eċċitament biex tagħmel ir-ritorn tagħha. L-attriċi illum għandha 49 sena.

Jamie Foxx li rebaħ Oscar għall-irwol tiegħu ta’ Ray Charles fl-2004, qabbel lil Diaz ma Tom Brady waqt it-telefonata tiegħu magħha – fejn iddiskuta kif għandha tagħmel ir-ritorn tagħha.