Futbol Sport

Copa Libertadores: Jintlgħab l-ewwel leg mir-rawnd tal-aħħar sittax

(Ritratt: EPA)

Il-Ġimgħa filgħodu kmieni jilagħbu Fortaleza kontra Estudiantes

Bejn ilbieraħ u llum intlgħabu l-maġġoranza tal-logħobiet tal-ewwel leg aħħar sittax tal-Copa Libertadores.

Ir-rebbieħa tas-sena li għaddiet Palmeiras ma’ sabu l-ebda diffikultà biex jgħelbu lil Cerro Portèno tal-Paragwaj 3-0 filwaqt li l-finalisti l-oħrajn Flamengo rebħu 1-0 kontra Deportes Tolima tal-Kolumbja, it-tnejn li huma barra minn darhom. Iċ-champions tal-Arġentina River Plate kienu megħluba barra minn darhom 0-1 minn Velez Sarsfield tal-Arġentina wkoll filwaqt li r-rivali Boca Juniors kienu miżmuma 0-0 barra minn darhom kontra Corinthians tal-Brażil.

Ir-riżultati kollha kienu dawn:

Emelec 1-1 Athletico Mineiro

Athletico Paranaense 2-1 Libertad

Corinthians 0-0 Boca

Cerro Porteño 0-3 Palmeiras

Talleres 1-1 Colón

Deportes Tolima 1-1 Flamengo

Vélez 1-0 River

Il-Ġimgħa fis-2:30am jilagħbu Fortaleza kontra Estudiantes

Il-logħbiet mit-tieni leg jintlagħbu bejn is-6 u t-8 ta’Lulju.