Dalgħodu saret sessjoni oħra ta’ EkoSkola – inizjattiva li ssir kull sena fil-Parlament, u li hija xprunata minn Nature Trust Malta.
Id-diskussjoni tiffoka fuq temi ambjentali, bl-Ispeaker Anglu Farrugia jgħid illi kull individwu għadu dritt li jgħix ħajja dinjituża, u li l-ambjent nadif huwa dritt fundamentali.
Fil-ftuħ tas-Sessjoni tal-lum fil-Kamra tar-Rappreżentanti, l-Ispeaker qal illi għadna ‘il bogħod milli nilħqu ċeru miri ambjentali. U dan qed iseħħ minħabba l-egoiżmu u l-individwaliżmu ta’ ċertu individwi.
Anglu Farrugia rrefera għall-konferenza COP26, u fakkar kif diversi pajjiżi għadhom mhux jikkommettu ruħhom li jilħqu ċertu miri ambjentali.
Fil-każ ta’ Malta, l-Ispeaker insista li pajjiżna wkoll irid iħabrek f’dan aspett u hemm bżonn politika b’saħħitha. Hawn, l-Ispeaker irrefera għall-użu tajjeb tal-art u anke tal-baħar.
Fis-seduta ta’ dalgħodu tkellem ukoll Vince Attard, President ta’ Nature Trust Malta.
Intant, fid-diskussjoni ta’ dalgħodu qed jipparteċipaw deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra, kif ukoll diversi studenti.
//= $special ?>