Sport Ieħor

Francesca Curmi u Elaine Genovese jiksbu l-midalja tal-fidda

Iż-żewġ tennisti, Francesca Curmi u Elaine Genovese kisbu l-midalja tal-fidda fil-Logħob tal-Mediterran li qed isiru f’Oran. Curmi u Genovese tilfu l-finali kontra t-tennisti Spanjoli Jessica Bouas Maneiro u Guiomar Maristany Zuleta 6-3 6-2.

It-tennisti Maltin l-Erbgħa għelbu lil Nuria Brancaccio u Aurora Zantetedeschi 3-6, 7-6, 11-9 fis-semifinali. Din il-midalja tal-fidda hija l-ewwel waħda għal Malta fil-Logħob tal-Mediterran. Għal Francesca Curmi dan ix-xahar kien wieħed memorabbli hekk kif irnexxielha tirbaħ żewġ tournaments tal-ITF Junior Tour.

Dan ir-riżultat ikompli jagħti tama, lil dawn iż-żagħżagħ li s-sena d-dieħla mistennija jkunu fost il-protagonisti fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jsiru f’pajjiżna.