Lokali Parlament

Il-Gvern irid ftehim ieħor ma’ Sadeen meta dawn fallew mill-pjani tagħhom; il-PN jopponi

Minkejja li l-konsorzju Sadeen falla milli joħloq Università ġdida f’Malta kif kien imwiegħed, il-Gvern lest li jagħti kuntratt ieħor lill-istess konsorzju; il-PN jopponi li l-gvern jerġa’ jidħol f’kuntratt ieħor mal-istess konsorzju fallut u dejjem kien kontra li Żonqor jittieħed lill-poplu.

Ir-riżoluzjzoni ġabet tliet voti favur mid-deputati tal-Gvern u żewġ voti kontra, id-deputati tal-Oppożizzjoni biex issa din tkun diskussa fil-parlament għaliex ma kienx hemm vot unanimu dwarha.

Fi kwalifika tal-vot, id-deputat Nazzjonalista Rebekah Cilia qalet li l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni kienet li l-art taż-Żonqor qatt ma kellha tittieħed lura u se tingħata lura billi Sadeen se jkunu aġevolati.

Il-kuntratt il-ġdid bejn Sadeen u l-Gvern kien diskuss fil-Kumitat Parlamentari dwar il-Kontijiet tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verika fejn l-Oppożizzjoni kienet rappreżentata mid-deputati Nazzjonalisti Darren Carabott u Rebekah Cilia waqt li għall-Gvern ipparteċipaw il-Ministru u Chairman tal-Kumitat Chris Fearne u l-ministri Owen Bonnici, Stefan Zrinzo Azzopardi, Clifton Grima u Silvio Schembri.

Il-Ministru Silvio Schembri qal li l-gvern se jkun qed jieħu lura partijiet minn SmartCity biex jingħataw lill-AUM waqt li jieħu lura l-art taż-Żonqor.

Id-deputat Nazzjonalista Rebekah Cilia sostniet li m’hemmx id-dokumentazzjoni kollha dwar l-impenn tal-konsorzju u nsistiet li dawn ikunu ppreżentati.

James Grech mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u bħala l-uffiċjal li mexxa n-negozjati ma’ Sadeen xehed li minn se jippreżenta lill-kumpanija jista’ jinbidel u għalhekk hu normali li l-persuna jkun identifikat iktar tard. Dwar ma’ min saru n-negozjati ma’ Sadeen, James Grech qal li dawn saru ma’ Hani Salah u l-Inġinier Raid.

Darren Carabott qal li l-gvern għandu l-intenzjoni li jidħol fi fthiem ma’ konsorzju Sadeen li għandu nuqqasijiet ċari. Meta sar l-ewwel ftehim il-PN mill-ewwel oġġezzjona għall-għoti taż-Żonqor; din l-art qatt ma kellha tittieħed lill-poplu. Il-gvern qed juri l-intenzjoni li jrid jerġa’ jidħol bi sħab ma’ Sadeen li f’erba’ snin ġab inqas minn 200 student; intenzjoni ċara li qed ifallu u jgħaddu lill-poplu biż-żmien.

Id-deputat Nazzjonalista Darren Carabott qal li l-poplu se jitlef art li kellu b’ċens temporanju għaliex dan se jintilef darba għal dejjem mill-poplu.

Il-Ministru Silvio Schembri qal li ma kienx hemm ħabi meta ma kiux pprovduti d-dokumenti kollha għaliex dawn se jingħataw iktar tard. Hu qal li gvern mexa bi trasparenza u sostna li minkejja li mhux l-avukat ta’ Sadeen, m’hemmx l-obbligazzjonijiet ta’ numru ta’ studenti li jinkisru. L-obbligazzjonijiet f;dan ir-rigward għandhom jintlaħqu snin oħra.

Dwar iċ-ċens li jinfeda, il-Ministru Schembri qal li l-kundizzjonijiet huma ta’ SmartCity li kienet ingħatat art b’kundizzjonijiet miżeri inkluż dik il-kundizzjoni. Dawn il-kundizzjonijiet qed jingħataw b’żieda fir-rata.

Id-deputat Nazzjonalista Rebekah Cilia qalet li d-dokumenti nieqsa jistgħu jimpattaw fuq il-kuntratt finali u għalhekk kellhom ikunu pprovduti.

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi qal li dawn dokumenti prematuri u jkunu finalizzati wara li l-kuntratt ikun approvat minn dan il-kumitat.

Id-deputat Nazzjonalista Rebekah Cilia qalet li jidher li hemm qbil li l-art fiż-Żonqor qatt ma’ kellha tingħata lil Sadeen u sostniet li l-kundizzjonijiet tal-kuntratt kienu differenti u issa se jinbidlu. Fost dawn se hemm bidliet fl-użu tal-bini.

Id-deputat Nazzjonalista Darren Carabott staqsa jekk il-gvern hux kuntent kif qed timxi l-AUM, li ġabet biss 200 student f’erba’ snin u kkritika l-fatt li l-art se tinfeda bi €15,000. Hu qal li l-PN kien dejjem favur li l-art tibqa’ tal-pubbliku; il-Gvern u kuntent li Sadeen qed ifalli iżda l-gvern se jibqa’ jtih iktar art u qed ikun aġevolat. Hu qal li l-Oppożizzjoni lesta tivvota favur li l-art taż-Żonqor tittieħed lura mingħand Sadeen u tingħata lura lill-poplu.