Internazzjonali

Il-Gwerra fl-Ukrajna: Taħriġ għas-suldati Ukreni fl-Ingilterra

Ir-Renju Unit, bħalissa, qed jipprovdi t-taħriġ lill-mijiet tat-truppi Ukreni, bl-istess pajjiż qed iwassal ukoll l-armi l-ġodda lill-Ukrajna biex tirreżisti aħjar lill-qawwiet tal-Kremlin

Waqt it-taħriġ – li qed isir f’Wiltshire county fl-Ingilterra – it-truppi Ukreni qed jitħarrġu fl-użu tal-Multiple Rocket Launcher Systems (MLRS) tal-Armata Britannika, fost indikazzjonijiet li l-Britanniċi se jipprovdu lill-Ukrajna bi tlieta minn dawn is-sistemi avvanzati li kapaċi jisparaw ir-rokits fuq distanzi kbar.

Ir-Renju Unit anki qed jipprovdi lill-Ukrajna bl-għexieren tal-biċċiet tal-artillerija, inklużi tat-tip Howitzer u li wkoll kapaċi jisparaw il-balal fuq distanzi konsiderevoli waqt il-battalji mal-Armata tar-Russja.