Futbol Lokali Sport

Il-klabbs tal-Kampjonat Premier maqsumin dwar Joseph Muscat

Il-paġna ta’ Facebook ta’ Replay (Net Television) tinsab infurmata li fl-aħħar minuti ġiet fi tmiemha l-laqgħa tal-Malta Professional Football Clubs Association, li kienet dominata mid-diskussjoni dwar jekk Joseph Muscat għandux ikun chairman tal-istess Assoċjazzjoni.Din il-paġna tista’ tikkonferma li fi tmiem il-laqgħa ttieħed vot, fejn 7 presidenti tal-klabbs tal-Kampjonat Premier ivvutaw favur li Joseph Muscat jirrappreżentahom, waqt li erba’ vvutaw kontra u tlieta oħra astjenew.

Anke kif jixhed il-vot, li juri nofs il-Kumitat favur u n-nofs l-ieħor kontra jew inkella membri li vvutawx, id-diskussjoni kienet waħda pjuttost movimentata u li ħadet fit-tul, biż-żewġ naħat iqajmu diversi argumenti dwar għaliex Joseph Muscat hu ideali għal dan ir-rwol jew le.Isem l-eks Prim Ministru Joseph Muscat hu l-uniku wieħed li kien preżentat quddiem il-Kumitat tal-Assoċjazzjoni sakemm għalaq il-perjodu li matulu setgħu jitressqu l-ismijiet.