Lokali

“Il-PN se jibqa’ jaħdem b’risq l-investiment” – Bernard Grech

“Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ determinat li jkollna l-aqwa pajjiż għall-kumpaniji li jagħżlu lil Malta.”

Kien dan kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech hekk kif il-Ħamis filgħodu, żar l-uffiċini tal-kumpanija Check Your Traders – kumpanija li toffri serħan il-moħħ lill-konsumatur li jkun qed ifittex li jqabbad ħaddiema għal xogħolijiet varji.

Kien għalhekk li Bernard Grech għaraf l-importanza li kumpaniji ta’ dan it-tip mhux biss jirnexxu, iżda jikbru u joffru xogħol ta’ kwalità.

Il-kumpanija Check Your Traders tivverifika li s-servizzi mogħtija minn kumpaniji oħra huma ta’ livell għoli biex b’hekk jassiguraw li l-konsumatur jieħu l-aqwa servizz, u persuna tkun tista’ tneħħi d-dubju ta’ x’xogħol wieħed joffri… kif tispjegalna id-direttur tal-kumpanija, Lauren Rampley.

Preżenti ghal din iz-zjara kien hemm ukoll il-Kelliem għall-Kooperattivi u s-Self Employed u Intrapriżi ż-Żgħar, Robert Cutajar u l-Kelliema għad-drittijiet tal-konsumatur, Rebekah Cilia.