Malta…………………….76
Andorra………………..41
Malta: N. Agius, Y. Bonett 2, D. Galea 7, M. Riolo 5, A. van Vliet 13, S. Abela 4, C. Ciantar 4, S. De Martino 18, K. Galea, J. Diaby 21, N. Handreck 2, J. Xerri.
Andorra: C. Rabasa 8, L. Laurent 3, N. Mico 2, A. Garcia, M. Sobany, C. Brunet 16, C. Guri 8, A. Mana, J. Marquez 4, P. Meira, A. Prat, C. Torcuato.
It-tim nazzjonali Malti tal-basketball jinsab viċin ferm li jirbaħ midalja hekk kif għeleb lil Andorra 76-41 fil-Logħob tal-FIBA tal-pajjiżi ż-żgħar li qas isiru f’Nicosia. Il-Maltin kellhom bidu mill-aqwa u rnexxielhom jiskurjaw numru ta’ punti importanti fejn ddominaw l-quarters kollha minbarra l-aħħar wieħed.
Josephine Diaby kienet l-aħjar skorer għal Malta hekk kif skorjat 21 punt, bi Stephanie De Martino tiskorja 18. Ashleigh Van Vliet skorjat 13-il punt. B’dan ir-riżultat Malta aċċertat milli tikseb midalja, b’liema kulur jkun deċiż fl-aħħar żewġ partiti, kontra Ċipru u kontra n-Norveġja.
//= $special ?>