Sport Sport Ieħor

Jidħlu fl-azzjoni Ian Paul Grech u Steve Camilleri fl-atletika f’Oran

Fl-ewwel ġurnata ta’ atletika fit-triple jump IAN PAUL GRECH qabeż 13.58 metri li huwa ferm taħt l-aħjar qabża personali ta’ 15.20 metri . Riżultat li biħ temm fir-raba’ post minn erba’ atleti wara li tnejn ma kkompetewx minkejja li kien hemm għaxar atleti registrati għal kompetizzjoni li ntrebħet minn Tobia Bocchi tal-Italja b’16.67 metri. Fl-ewwel Heat tal-100 metru, STEVE CAMILLERI temm fit-tmien post minn tmien atleti meta għamel id-distanza fi 11.28 sekondi li huwa inferjuri mill-aħjar ħin tiegħu ta’ 10.62 sekondi. Fl-ewwel post fil-heat temm Matteo Melluzzo tal-Italja f’10.36 sekondi.