Knisja Kultura Lokali

Jirritorna l-programm tal-festi fuq Net TV

Programm ġdid anke fuq Net FM

Minn din il-ġimgħa fuq Net Television irritorna l-programm dedikat kompletament għall-festi tal-lokalitajiet.

‘Minn Festa għal Oħra’ se jkun qed jagħti ħarsa lejn dak kollu li tikkonsisti l-festa Maltija; identità unika tagħna l-Maltin u l-Għawdxin. L-aktar fejn tidħol il-banda, l-armar u n-nar – tliet elementi importanti fil-festi tagħna.

Waqt dan il-programm se jintwerew intervisti ma’ rappreżentanti diversi tal-għaqdiet li flimkien jorganizzaw il-Festa tal-belt jew raħal li ser inkunu qegħdin inżuru.

Il-programm ta’ Net TV għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Clayton Luke Mula, u jixxandar kull nhar ta’ Tlieta fit- 20:30pm.

Intant, mis-Sibt li ġej NET FM se jkun qed iwassal programm ġdid bl-isem ‘Qalb il-Festa’ fejn ta’ kull ġimgħa se nkunu qed niltaqgħu ma’ rappreżentanti minn kull lokalità fejn ikunu qed jiġu ċċelebrati l-festi matul tmiem il-ġimgħa.

Il-programm se jkun qed jixxandar bejn id-9am u l-10:30am bi preżentazzjoni ta’ Julian Borg.