Sport Sport Ieħor

Malta b’suċċess fil-Kampjonati tad-Dinja tal-IBF ta’ taħt il-21 sena tal-bowling

Iż-żagħżagħ Maltin kisbu suċċess fil-Kampjonati tad-Dinja tal-IBF ta’ taħt il-21 sena tal-bowling meta f’Helsingborg fl-Iżvezja rnexxielhom jaslu sal-istadji finali tal-kompetizzjoni. Malta kienet irrapreżentata minn Kayden Lagana, Miguel Xuereb, Nicholas Muscat u Matthew Magro li rebaħ l-unur tal-‘Sportsman’ tat-tournament għall-attitudni tiegħu waqt dawn il-logħbiet.

Għal kull kategorija, dik tas-singles, tad-doubles u anke tat-timijiet l-atleti kellhom jilgħab numru ta’ partiti ta’ kwalifikazzjoni fejn minn hemm avvanzaw għall-fażi finali. Minkejja l-prestazzjonijiet b’saħħithom mill-atleti Maltin, kien fil-kategorija tat-timijiet li Malta rnexxielha tavvanza fejn irnexxielhom itemmu fid-9 post.