Lokali

Passiġġiera fuq mutur issofri ġrieħi gravi

Sewwieq ta’ mutur u passiġġiera miegħu sofrew minn xi ġrieħi wara inċident li kellhom ilbieraħ għall-ħabta tad-9pm fi Triq Ħal Luqa, Ħal Luqa.

Minn stħarriġ preliminari li sar mill-Pulziija rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur misjuq minn Ġermaniż ta’ 26 sena u karozza misjuqa minn mara ta’ 27 sena residenti ż-Żejtun.

Ġermaniża ta’ 25 sena li kienet passiġġiera fuq il-mutur u x-xufier tal-mutur ingħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard it-tfajla kienet iċċertifikata bi ġrieħi gravi, filwaqt li r-raġel kellu ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin