Lokali

Pubblikazzjoni ‘Lkoll Speċjali’ għall-okkażjoni tal-Ispecial Olympics

Numru ta’ atleti tal-Ispecial Olympics ippreżentaw lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia pubblikazzjoni bl-isem ta’ ‘Lkoll Speċjali’.

Dan il-ktieb ġie mniedi proprju għall-okkażjoni tal-Ispecial Olympics li nżammu aktar kmieni din is-sena ġewwa pajjiżna.

L-Ispeaker faħħar l-impenn ta’ dawk kollha li pparteċipaw fl-Ispecial Olympics filwaqt li faħħar lil dawk kollha li b’mod professjonali mexxew l-istess avveniment ġewwa pajjiżna fejn rajna kważi 1,000 atleta minn diversi pajjiżi jipparteċipaw bi sħiħ. L-Ispeaker tenna li dan l-avveniment li nżamm ġewwa pajjiżna kien messaġġ ċar fejn rajna it-tema tal-inklużjoni verament fl-azzjoni.

L-Ispeaker irringrazzja lid-Direttur Nazzjonali tal-Ispecial Olympics Anna Calleja tal-impenn u l-qlubija li dejjem uriet f’ħidmietha.