Lokali

Vettura titlef il-kontroll u tibqa’ dieħla fil-mini ta’ Triq Reġjonali

Għall-ħabta tas-1:30pm, sewwieq ta’ vann tilef il-kontroll u baqa’ dieħel fil-mini ta’ Triq Reġjonali, f’Santa Venera.

Fil-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija tad-Distrett u ta’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex jagħtu l-ewwel għajnuna tagħhom.

Mal-impatt, is-sewwieq tal-vann irnexxilu joħroġ waħdu mill-vettura.

Kelliem għall-Pulizija qalu ma’ Net News li s-sewwieq possibilment tah ħass ħażin waqt li kien qed isuq b’riżultat li ma kellux iktar kontroll tal-vettura.

Il-kundizzjoni tas-sewwieq għadha mhix magħrufa iżda ma jidhirx li sofra minn ġrieħi serji.