Internazzjonali

X’ġaralha l-attriċi popolari li nterpretat l-irwol tar-Reġina f’The Crown?

L-attriċi Claire Foy li għandha 38 sena u li ħadet sehem fis-serje ‘The Crown’ sabet ruħha fil-periklu minħabba li kien hemm raġel illi kien qiegħed jiffastidjaha.

Il-Qorti semgħet kif Jason Penrose ta’ 39 sena kien immur quddiem id-dar ta Foy u bagħat ‘il fuq minn 1,000 email fi żmien xahar. Il-każ ġie aġġornat għal data oħra minħabba li Penrose mar il-Qorti mingħajr avukat.

Moira McFarlene l-avukat ta’ Penrose qalet li “s-saħħa mentali tiegħu ghadha mhijiex ikkonfermata”

Sadanittant, l-attriċi Claire Foy ingħatat protezzjoni kontra Penrose fejn ma jistax jersaq lejha fil-post li tkun fih. Il-Maġistrat Clive Jenkin qal lil Penrose li jekk joħroġ mill-istituzzjoni tas-saħħa mentali se jkun inkwetat ħafna fuq l-imġieba tiegħu.

Il-każ ġie skedat għat-22 ta’ Lulju li ġej.