“L-art taż-Żonqor qatt ma kellha tittieħed mill-poplu. Il-PN jibqa’ jwiegħed li se jagħmel minn kollox biex din l-art tingħata lura lill-Maltin u l-Għawdxin” – Dan kien il-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzati mid-Deputati Rebekah Cilia u Darren Carabott, li fiha kien spjegat kif il-PN dejjem kien konsistenti dwar din il-kwistjoni u qatt ma ried li din l-art tittieħed minn għand il-poplu Malti u Għawdxi.
Matul il-konferenza tal-aħbarijiet,Rebekah Cilia spjegat kif Il-Prim Ministru qatt ma ta tweġiba ċara ta x’se jigri dwar din l-art u kien biss lejliet l-Elezzjoni Ġenerali li Robert Abela kien qal li jġib din l-art lura. Madanakollu, issa li għaddiet l-elezzjoni, Cilia saħqet li l-Gvern Laburista se jagħti lil Sadeen din l-art għal EUR15K meta huwa stmat li din fil-verità tiswa EUR63miljun. Rebekah Cilia saħqet li l-proġett tal-AUM kien wieħed fallut sa mill-bidu tiegħu u l-art taż-Żonqor qatt ma kellha tittieħed.
Id-Deputat tal-PN Darren Carabott stqarr li kull Malti u Għawdxi qed jippretendi li nibżgħu għall-ftit artijiet miftuha li għandna. Hu saħaq li, pero, għal xi raġuni għandna Gvern li qed jaġevola kumpanija biex 32,000 metru kwadru tingħata lil Sadeen Group, li bħala kumpanija diġa falliet mill-bidu nett bil-proġett tagħha. Carabott staqsa, kif jekk diġa hemm falliment mill-istess kumpanija, għalfejn inkomplu nagevolawa bl-art tal-poplu u bi flus il-poplu?
Meta kien qed jindirizza l-konferenza tal-aħbarijiet, Darren Carabott qajjem dubju fuq il-mod li bih il-Gvern qed jgħaġġel fir-rigward ta’ dan id-deal. Dan meta saħansittra preżenta dokumenti nieqsa fil-Parlament. Id-Deputat tal-PN fakkar kif din l-attitudni tal-Partit Laburista lejn l-ispazzji miftuħa ilna narawa, u din l-attitudni qed tfalli lill-poplu Malti u Għawdxi. Hu appella biex din l-attitudni tieqaf minnufih.
//= $special ?>