Sport Sport Ieħor

Għawm Artistiku: Malta tieħu sehem fid-19-il edizzjoni tal-Kampjonati tad-Dinja FINA f’Budapest

Thea Blake u Ana Culic ħadu sehem fil-Kampjonati tad-Dinja tal-FINA fl-Għawm Artistiku. Culic ħadet sehem fis-Solo Tech u s-Solo Free filwaqt li flimkien ma’ Thea Blake ħadet sehem ukoll fid-Duet Tech u Duet Free. Dawn huma l-punteġġi:

Ana Culic – Solo Tech: 23/26 punteġġ ta’ 67.8

Ana Culic – Solo Free: 24/28 punteġġ ta’ 68.9

Thea Blake / Ana Culic – Duet tech: 29/32 punteġġ ta’ 64.54

The Blake / Ana Culic – Duet Free: 33/33 punteġġ ta’ 65.2

Il-Kowċ Nazzjonali Michelle Hubner u l-assistent tagħha Hannah Preca Trapani esprimew is-sodisfazzjon tagħhom bil-prestazzjoni tal-atleti Culic u Blake u qalu li din il-parteċipazzjoni kienet importanti għall-iżvilupp tat-tim tal-kbar u għall-komunità kollha ta-Għawm Artistiku Maltija. Huma qalu li issa t-tim irid itejjeb l-oqsma dgħajfa għall-Kampjonati Ewropej tal-Youths u Seniors li ġejjin.

Il-President tal-ASA Joe Caruana Curran qal li l-assoċjazzjoni tinsab sodisfatta bir-riżultati miksuba u li l-parteċipazzjoni tal-atleti Maltin f’dan il-livell hija premju mistħoqq għax-xogħol u ddedikazzjoni tal-atleti u l-kowċis. Huwa temm jgħid li dan jista jkun ta’ aspirazzjoni għall-għawwiema artistiċi attwali kif ukoll jattira aktar atleti lejn dan l-isport.