Il-President taċ-Ċina, Xi Jinping, qed jinsisti li l-kunċett ta’ ‘pajjiż wieħed b’żewġ sistemi’ qed jaħdem tajjeb u qed iservi għall-protezzjoni ta’ Hong Kong; l-eks kolonja Britannika li sa ftit żmien ilu kienet tgawdi ammont ta’ awtonomija minkejja li taħt l-amministrazzjoni ta’ Beijing.
Xi Jingping – li mar f’Hong Kong biex ifakkar il-25 anniversarju mindu r-Renju Unit għadda lura t-territorju liċ-Ċina – għamel diskors iebes biex jiddefendi s-sistema politika għal Hong Kong wara l-kritika, fuq livell internazzjnali, fis-sens li l-Gvern komunista Ċiniż qed joħnoq kull ħjiel ta’ espressjoni ħielsa fl-eks kolonja Britannika.
Il-pjan oriġinali kien li Hong Kong – taħt il-politika ta’ ‘pajjiż wieħed b’żewġ sistemi’ – jitmexxa b’mod li jiggarantixxi livell għoli ta’ awtonomija. Il-pjan kien jesiġi wkoll biex ikunu garantiti d-drittijiet għal dimostrazzjonijiet pubbliċi u l-kelma ħielsa…Drittijiet li, sallum, mhumiex permessi fir-reġjuni l-oħra taċ-Ċina.
Intant, iċ-Ċina qed tkun ikkritikata talli żiedet is-sistema riġidi ta’ kontrolli għal Hong Kong, waqt li introduċiet il-liġijiet u r-riformi li jmorru kontra kull aspett demokratiku — fosthom l-espressjonijiet ħielsa miċ-ċittadini fit-territorju.
//= $special ?>