Sport Sport Ieħor

Il-Jott Corona ta’ Luis Azzopardi u Sara Baldwin jirreġistraw l-ewwel rebħa fir-Regatta Camilleri Marine Marzamemi

Ir-Royal Malta Yacht Club għamel ritorn mistenni ġewwa Marzamemi, f’Sqallija, aktar kmieni dan ix-xahar, meta ospita r-Regatta Camilleri Marine Marzamemi. Ir-Regatta kienet avveniment kompetittiva ħafna, li laqgħet taħlita ta’ baħħara ġodda kif ukoll b’esperjenza fil-flotta.

It-tellieqa lejn Marzamemi bdiet mill-Port ta’ Marsamxett taħt l-istruzzjonijiet tal-Uffiċjal tat-Tlielaq Luca Lacitignola. Il-J99 Calypso tal-familja Ripard kienet l-ewwel waħda li ħarġet mill-bokka tal-port, fejn ippruvat tafferma l-pożizzjoni tagħha fuq quddiem. Hi kellha kompetizzjoni minn Corona ta’ Luis Azzopardi u Inspiration ta’ Godwin Zammit. Corona malajr marru fil-vantaġġ li żammew sakemm laħqu Capo Passero. In-nuqqas ta’ riħ hemmhekk kien ifisser li waqfu għal madwar siegħa, fejn laħqithom Calypso. Riħ ħafif mill-Grigal ta’ madwar 3 mili nawtiċi fis-siegħa ppermettiethom jagħmlu ftit progress lejn id-destinazzjoni finali, Marzamemi. Madankollu, ir-riħ barra l-port reġa’ niżel u wassal biex iż-żewġ dgħajjes jieqfu. Riħ ħafif ppermettiet lil Corona tispiċċa l-ewwel. Bis-sistema ta’ ħandicap, iżdakien Calypso li rebaħ it-tellieqa Malta-Ragusa b’Corona jispiċċa fit-tieni post. Janissah, ta’ Mario Debono spiċċat fit-tielet post.

Ir-ritorn lejn Malta kienet tellieqa oħra ta’ suċċess għal Corona, li minkejja xi problemi fil-qluħ li naqqset ir-rankatura tagħhom fil-bidu, irnexxielhom jagħmlu ġirja tajba lejn Malta partikolarment meta riħ mill-majjistral beda jiżdied viċin Malta u għal darb’oħra kienu l- l-ewwel jott li spiċċa t-tellieqa  quddiem ir-Royal Malta Yacht Club.

Din kienet l-ewwel rebħa ta’ Corona minn meta l-kaptan Azzopardi beda jtellaq is-sena l-oħra. It-tieni jott li spiċċa kien Inspiration segwit minn Lartista ta’ Anton Calleja. Il-kundizzjonijiet tar-riħ li qedin ibattu fisser li l-bqija tal- flotta rtirat minħabba li ma kinux ikunu jistgħu jaslu fil-ħin stabbilit.

Il-parteċipanti tar-Regatta Camilleri Marine Marzamemi ġew ospitati għal serata ta’ Għoti tal-Premjijiet fir-Royal Malta Yacht Club, fejn ġew ippreżentati premjijiet mogħtija minn Camilleri Marine lir-rebbieħa.