Lokali

Il-Pulizija tinterroga lil Charles Polidano u ibnu Gordon dwar korruzzjoni u ħasil ta’ flus

L-imprenditur Charles Polidano – magħruf bħala ċ-Ċaqnu – ġie interrogat mill-Pulizija b’rabta ma’ investigazzjoni illi għaddejja bħalissa dwar korruzzjoni u ħasil ta’ flus.

Sorsi mid-Depot ikkonfermaw li anke ibnu Gordon, General Manager ta’ Polidano Group, ġie interrogat.

Rapporti fil-media qed jindikaw ukoll li l-każ jista’ jkun relatat ma’ tixħim ta’ uffiċjal pubbliku. Għalkemm dan ma stajniex nivverifikawh b’mod indipendenti. L-uniku konferma li kellna kienet illi ċ-Ċaqnu inżamm għal ħin twil mill-Pulizija fejn ġie interrogat flimkien ma’ ibnu.

Il-familja Polidano hija involuta b’negozju fis-settur tal-kostruzzjoni, iżda mhux biss.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.