Coronavirus Lokali Saħħa

Imutu 3 persuni oħra, 704 każi ġodda ta’ Covid-19

Fl-aħħar 24 siegħa l-pandemija tal-Covid-19 f’pajjiżna hasdet il-ħajja ta’ 3 persuni oħra sabiex b’hekk l-ammont totali ta’ vittmi ta’ dan il-virus fil-Gżejjer Maltin tela’ għal 744.

Bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa pajjiżna rreġistra 704 każi ġodda filwaqt li fortunatament fiequ 266 persuna.

Għaldaqstant il-każi attivi issa laħħqu s-6,666

Dawn huma biss dawk il-każi li huma magħrufa mal-awtoritajiet għaliex min qed jagħmel is-self kit id-dar mhux neċessarjament qiegħed jirrapporta l-każi – għalkemm huwa mħeġġeġ jagħmel dan għall-fini ta’ contact tracing.

Intant skont informazzjoni li kiseb Net News, bħalissa f’Mater Dei hemm ħames swali li huma mimlija bil-pazjenti tal-Covid. L-istess ukoll fi sptar Karen Grech hekk kif sorsi tagħna qalulna li hemm swali mimlija b’persuni li jinsabu kwarantina.

Diversi tobba u infermieri li tkellmu magħna pjegaw kif l-isptar, preżentament, jinsab mgħerreq bil-pazjenti. U dan meta ninsabu fil-perijodu tas-sajf.