Internazzjonali

Ir-Russja tillibera l-ewwel bastiment biċ-ċereali

Ir-Russja reġgħet qed tippermetti l-esportazzjoni tal-qmuħ u ċ-ċereali mit-territorji Ukreni li jinsabu okkupati mit-truppi tal-Kremlin.

Illum, l-ewwel vapur ħalla l-post ta’ Berdyansk. Fuqu kien hemm mas-7,000 ta’ ċereali li se jiġu esportati lejn pajjiżi li r-Russja qed issejħilhom “stati ħbieb”.

L-Ukrajna tesporta 10% tal-qamħ kollu li jiġi negozjat madwar id-dinja.

Intant, fi żvilupp separat, l-Ukrajna iffirmat id-dikjarazzjoni inizjali biex tissieħeb bħala membru fl-UE.

L-iffirmar sar mill- President Volodymyr Zelensky, il-Prim Ministru Denys Shmyhal u l-Ispeaker Ruslan Stefanchuk.