Lokali

It-tfittxijiet għal Kamenu Fino għadhom għaddejjin

Ippubblikati tliet ritratti ġodda

It-tfittxijiet għal Karmenu Fino għadhom għaddejjin b’mod intensiv. Dan l-anzjan ilu nieqes għal dawn l-aħħar tliet ijiem wara li ħarab minn San Vincenz de Paul. B’rabta ma’ din it-tfittxija ġie ppubblikat ritratt meħud minn CCTV camera dakinhar li Karmenu kien irrapurtat nieqes. F’dan ir-ritratt huwa jidher liebes short blu skur u flok ċelest.

Apparti dan ir-ritratt il-Pulizija ppubblikat ukoll żewġ ritratti oħra tiegħu iktar riċenti.

Il-Pulizija qed tappella biex kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija permezz ta’ messenger, jew iċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.