Lokali

Jirriżenja mill-kariga wara xahar biss fit-tmexxija ta’ Infrastructure Malta

Il-Kap Eżekuttiv tal-aġenzija tal-Gvern Infrastructure Malta irriżenja mill-kariga wara xahar biss mill-ħatra tiegħu.

Trustin Farrugia Cann ħabbar dan permezz ta’ post fuq Facebook.

Farrugia Cann qal li fl-aħħar ġimgħat irrelizza li hu diffiċli ħafna jekk mhux “kważi impossibbli” li jibbilanċja bejn l-impenji ta’ din il-kariga u dik ta’ referee internazzjonali.

Huwa qal li “l-irwol ta’ Kap Eżekuttiv f’Infrastructure Malta jitlob impenn li mhux kompatibbli ma’ rwol ieħor impenjattiv u li jirrikjedi wkoll ammont ta’ safar”. U huwa għal din ir-raġuni li mhux se jibqa’ fit-tmexxija ta’ Infrastructure Malta.