Futbol Sport

Kampjonati Ewropej ta’ taħt id-19-il sena: L-Ingilterra jirbħu l-finali wara l-ħin barrani

It-tim tal-Ingilterra huma ċ-Champions Ewropej wara li fil-finali għelbu lill-Iżrael 3-1. Il-partita kellha tmur għal ħin barrani hekk kif sad-90 minuta l-iskor kien dak ta’ 1-1.

Kienu Iżrael li marru fil-vantaġġ fl-40 minuta permezz ta’ Oscar Gloukh iżda 12-il minuta wara Callum Coyle ta’ Man. City ġab il-gowl tad-dro għall-Ingliżi.

Il-partita kienet waħda movimentata u bbilanċjata bil-logħob maqsum miż-żewġ timijiet li iżda l-ebda minnhom ma’ rnexxielu jikseb il-gowl tar-rebħa qabel tmiem id-90 minuta.

L-andament baqa l-istess fil-ħin barrani iżda kienu t-Three Lions li skurjaw fil-108 minuta permezz ta’ Carney Chukwuemeka biex tmien minuti wara Aaron Ramsey ssiġilla r-rebħa għall-Ingilterra u t-tieni Kampjonat Ewropew ta’ taħt id-19-il sena fl-istorja.