Lokali

Numru ta’ karavans ħadu n-nar f’Baħar iċ-Ċagħaq

Numru ta’ pumpiera mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu l-Ġimgħa għall-ħabta tas-1.30pm biex jitfu nar li ħakem ħames karavans u xi vetturi f’Baħar iċ-Ċagħaq.

Il-Pulizija qalu lil Net News li għadhom ma jafux x’ikkawża dawn in-nirien, b’sorsi iżda jgħidu li n-nirien bdew minn karavan u kompla jinfirex għal dawk biswit. In-nar infirex ukoll għal xi ħaxix ħażin li kien ħdejn iz-zona fejn seħħ l-inċident.

Ħadd ma weġġa’ kaġun ta’ dawn in-nrien, madankollu l-ħaddiema tas-salvataġġ kienu impenjati f’eżerċizzju biex jinħarġu xi klieb li nqabdu f’dawn il-vetturi.

Apparti żewġ vetturi tat-tifi tan-nar fuq il-post kien hemm ambulanza mill-Isptar Mater Dei u kif ukoll il-Pulizija.