Formula 1 Sport

Carlos Sainz se jibda mill-Pole Position f’Silverstone

(Ritratt: EPA)

Carlos Sainz se jkun qed jibda mill-Pole Position fil-Grand Prix ta’ Silverstone wara li kiseb l-aħjar ħin qabel Max Verstappen ta’ RedBull li se jibda fit-tieni posizzjoni. Charles Leclerc ta’ Ferrari se jibda fit-tielet post filwaqt li Sergio Perez ta’ RedBull se jibda mir-raba’ post. B’hekk l-ewwel posizzjonijiet se jkunu ddominati minn Ferrari u RedBull kif rajna għal bosta drabi matul dan l-istaġun.

Fil-ħames post se jibda is-seba’ darbiet champion tad-dinja Lewis Hamilton segwit mill-Brittaniku Lando Norris fuq McLaren. Fernando Alonso ta’ Alpine se jibda fis-seba’ post b’George Russell ta’ Mercedes isegwih mit-tmien post. Iċ-Ċiniż Zhou Guanyu ta’ Alfa Romeo se jibda mid-disa’ post b’Nicholas Latifi ta’ William jibda mill-għaxar posizzjoni.