Fl-aħħar 24 siegħa l-pandemija tal-Covid-19 f’pajjiżna ħasdet il-ħajja ta’ 3 persuni oħra sabiex b’hekk l-ammont totali ta’ vittmi ta’ dan il-virus fil-Gżejjer Maltin tela’ għal 747.
Bejn il-Ġimgħa u s-Sibt pajjiżna rreġistra 583 każ ġdid filwaqt li fiequ 279 persuna.
Għaldaqstant il-każi attivi issa laħħqu s-6,967, li s’issa ilu ma’ jkollna dan l-ammont totali mid-19 ta’ April li għadda.
Dawn huma biss dawk il-każi li huma magħrufa mal-awtoritajiet għaliex min qed jagħmel is-self kit id-dar mhux neċessarjament qiegħed jirrapporta l-każi – għalkemm huwa mħeġġeġ jagħmel dan għall-fini ta’ contact tracing.
//= $special ?>