Futbol Sport

Cristiano Ronaldo jitlob li jħalli lil Manchester United

(Ritratt: EPA)

Fl-aħbar tal-ġurnata Cristiano Ronaldo talab li jħalli lil Manchester United matul dan is-suq tat-trasferimenti. Min-naħa tagħhom Manchester United lesti li jħallu lil Ronaldo jitlaq kemm-il darba jirċievu offerta’ li tissodisfa l-kriterji tal-club.

Il-gazzetta Ingliża ‘The Times’ irrapurtat li Ronaldo jrid iħalli lil Manchester United biex jilgħab fil-UEFA Champions League, b’Manchester United jtemmu fis-sitt post fejn se jilgħabu fl-Europ League. L-artiklu tal-gazzetta Ingliża jgħid kif Ronaldo jemmen li għad fadallu bejn tlieta u erba’ snin fl-aqwa livell tal-futbol.