Sport Sport Ieħor

Fabio Spiteri jtemm b’suċċess il-‘Quintuple Ironman’

Fabio Spiteri temm b’suċċess l-isfida tal-Quintuple Ironman biex sar l-ewwel Malti li rnexxielu jlesti din l-isfida f’Colmar, fi Franza. Spiteri rnexxielu jagħmel ħames sfidi tal-ironman fi spazju ta’ ħamest ijiem, fejn lesta d-distanza f’111-il siegħa, 30 minuta u 57 sekonda biex temm fis-seba’ post minn sittax-il parteċipant. Il-parteċipanti kellhom jgħumu 19-il kilometru, jaqdef fuq ir-rota għal 900 kilometru qabel ġirja ta’ 211 kilometru.

Għal Spiteri dan kien it-tieni attentat biex jagħmel il-Quintuple iżda ma rnexxielux ilestiha minħabba li kien ma jiflaħx. Matul din l-isfida Spiteri kellu l-għan li jiġbor fondi għad-29 xelter tal-annimali madwar Malta u Għawdex, bl-għan aħħari jkun li jinġabru €100,000.