Hekk kif matul il-jum tas-Sibt komplew il-Loghob tal-Mediterran f’Oran komplew jidhlu aktar atleti Maltin fl-azzjoni. Fl-isparar Jason Aquilina u William Chetcuti ghamlu total ta 68 u 64 plattina rispettivamnent u temmew fis-16 u fit-23 post minn 27 tiratur. Eleanor Bezzina temmet fit-12 –il post minn 19-il tiratrici fit-10m air pistol b’total ta’ 562 punt filwaqt li fl-atletika, fit-triple jump Ian Paul Greach temm fid-9 post b’qabża ta’ 13.69m. Intant fiċ-ċikliżmu riżultat tajjeb għal Daniel Bonello fejn temm fit-30 post minn 61 parteċipant. Hu temm id-distanza fi tliet siegħat , ħmistax-il minuta u tletin skeonda, biex temme tliet minuti wara r-rebbieħ b’veloċita’ ta’ 44 kilometru fis-sija.
//= $special ?>