Lokali

Jiżdied il-piż fuq but iċ-ċittadin – issa tiżdied anke l-posta

Il-pagi f’Malta qed jibqgħu l-istess….filwaqt li l-ħajja qed togħla bl-addocc; mill-irkotta sal-ħobż, mill-ġbejniet saż-żebgħa, mill-pastizzi sal-kartun.

U issa … anke il-posta.

Dan hekk kif mill-Ġimgħa, l-ewwel ta’ Lulju, il-posta għoliet fil-prezz, kemm jekk se tibgħat lokalment kif ukoll għal barra minn Malta.

Dan ħabbritu l-kumpanija Maltapost stess fuq il-websajt tagħha fejn ġie spjegat li l-prezz ta ittri li jiżnu sa 50 gramma għolew 7 ċenteżmi, minn 30 centezmu għal sebgha u tletin ċenteżmu.

Żieda ta’ 7 ċenteżmi wkoll għal dawk l-ittri li jiżnu minn 50 sa mitt gramma – minn ħamsin ċenteżmu għal sebgha u ħamsin.

Dan filwaqt li minn mija u wiehed sa mija u hamsin gramma żdiedet 7 ċenteżmi oħra għal sebgha u sebghin centezmu.

Filwaqt li minn mija u wiehed u hamsin sa mitejn gramma kien hemm zieda ta 55 ċenteżmu…għal żewġ ewro u għoxrin ċenteżmu.

Iz-zieda fis-servizzi tal-posta mhux l-uniku zieda li affacja l-konsumatur Malti fl-ahhar gimghat.

Kien f’nofs ix-xahar li ghadda meta żdiedu il-prezzijiet tal-prodotti tal-kumpanija Benna. Dawn il-prodotti jinkludu l-butir, krema friska, ġbejniet friski u tal-bżar, irkotta, mozzarella u tipi ta’ yogurts varji.

Eżerċizzju ħafif imwettaq minn din il-kamra tal-aħbarijiet wera li xirja bażika li teskludi prodotti tal-ħasil, ħwejjeġ, luminati u ħlewwiet – jiġfieri biex tiekol fost oħrajn ħobża bil-perżut u l-ġobon b’dilka butir, u ssajjar platt għaġin biz-zalza għal erbgħa persuni – tiġik ‘il fuq minn €25 għal tliet ijiem.

Diversi persuni li tkellmu ma’ Net News saħqu li filwaqt li l-awtoritajiet qed iwaħħlu din iż-żieda kontinwa fil-prezzijiet fuq il-kriżi fil-Lvant tal-Ewropa…. qed jaraw is-sitwazzjoni kemmxejn surreali kif il-Gvern mhux qed ikun ta’ spalla maċ-ċittadini issa li għaddiet l-elezzjoni ġenerali.

Bosta insistew li l-għajnuna ta’ €1.75 fil-ġimgħa mhux biss hija redikola imma hija tal-biki u li l-Gvern tal-Labour ma jistax jibqa’ jistaħba wara l-iskuża ta’ mekkaniżmu li kien jagħmel sens sa 10 snin ilu.