Internazzjonali

Kuba: Imut l-aktar ġeneral influwenti fl-Istorja ta’ Kuba

Wieħed mill-aktar konsulent influwentali tal-eks Dittatur ta’ Kuba, Raul Castro, miet fl-eta ta’ 62 b’attakk tal-qalb wara diversi snin imexxi s-settur militari fi ħdan il-pajjiż tal-Karibew.

Il-Ġeneral Luis Alberto Rodriguez Lopez-Calleja, kien wieħed mill-aktar konsulenti ta’ influwenza fi żmien r-renju ta’ terrur ta’ Castro, sabiex mhux talli kien kiseb il-kontroll tal-armata u d-difiża ta’ Kuba, iżda maż-żmien kiseb ukoll kontroll tal-Bureau Politiku tal-Partit Komunista u pużizzjoni dominanti fi ħdan il-Parlament ta’ Kuba.

Diversi sorsi stqarru kif matul ħajtu Lopez-Calleja, taħdt Castro, ngħata aktar u aktar poter fit-tmexxija tal-armata ta’ Kuba, fejn matul iż-żmien ingħatat irwol aktar importanti fit-tmexxija tal-pajjiż.

Madankollu sorsi komplew biex jispjegawlna kif li l-poter u l-influwenza ta’ Lopez-Calleja ma’ kienitx ġejja mill-kontroll li kellu fuq l-armata, imma mill-kontroll tal-GAESA, li hija għaqda ta’ diversi kumpanijji fi Kuba li huma mmexxijja mill-membri tal-armata u li jagħmlu l-maġġor parti tal-ekonomija ta’ Kuba.

B’dan il-poter Lopez-Calleja bena diversi lukandi, ħwienet, aġenzijji turistiċi u kumpaniji tal-kostruzzjoni li akkumulawlu ġid liema bħalu f’pajjiż li huwa relativament fqir ikkumparat mal-Istati Uniti li tinsab biss 1250 kilometru l-bogħod minn Kuba.