Wara sentejn ta’ restrizzjonijiet kawża tal-pandemija, bejn it-tieni u tlieta ta’ Lulju l-Imdina qed treġġa lura l-arloġġ għal-Medjuevu, bir-ritorn tal-ħdax-il edizzjoni ta’ Medieval Imdina.

Matul dan il-programm mqassam fuq jumejn, se jkunu qed jittellgħu diversi re-enactments ta’ xeni tipiċi Maltin, battalji u tradizzjonijiet marbuta ma’ żmien l-Ordni.
Ċertament li l-ispettaturi preżenti jkunu jistgħu jaraw u jgħixu l-ħajja ta’ dak iż-żmien permezz ta’ esebizzjonijiet mill-isbaħ, kemm minn gruppi Maltin, kif ukoll barranin, akkumpanjati minn mużika u maġija.

Dan filwaqt dan l-avveniment qed jitqies wkoll bħala vetrina ta’ opportunita għal gruppi varji tar-re-enactments, kemm lokali kif ukoll internazzjonali, bl-opportunita li jaqsmu bejniethom l-ideat u talenti tagħhom dwar dan il-perjodu fi ħdan l-Imdina.
