Basketball Sport

Malta fil-finali tal-FIBA European Championships b’rebħa fuq l-Azerbaijan

MALTA ……………. 59

AZERBAIJAN …. 52

It-tim nazzjonali Malti tal-irġiel tal-Basketball assiguraw post fil-finali tal-FIBA European Championships meta għelbu lil Azerbaijan bi skor ta’ 59-52. Għal darb’oħra Sam Deguara kien il-protagonist fejn skorja 18-il punt, segwit minn Tevin Falzon b’16-il punt u Nelson Kahler b’14-il punt. Għal Azerbaijan it-top scorers kien Orhan Haciyeva bi 17-il punt u Zaur Pashayev b’16-il punt. Intant, f’partita bejn it-timijiet fl-ewwel żewġ postijiet tal-klassifika, it-tim nazzjonali Malti tan-nisa kien megħlub minn Ċipru bl-iskor ta’ 77-67.