Inawgurat minn Gvern Nazzjonalista fl-2013 – iżda matul l-aħħar snin, tħalla f’telqa totali.
Din hija is-sitwazzjoni li jinsab fiha il-Qormi Sports and Fitness Park; playingfield illi jinsab tefa’ ta’ ġebla bogħod mill-iskola Primarja ta’ San Bastjan f’Ħal Qormi, u li fih diversi ġenituri jieħdu lil uliedhom b’mod regolari.

Iżda fl-aħħar xhur, dan il-post sar tant perikoluż illi ħafna huma serjament inkwetati dwar is-saħħa tat-tfal tagħhom. Filwaqt li oħrajn ilhom żmien ma jiffrekwentaw dan il-post…propju minħabba l-istess raġuni.
Dan il-post jaqa’ taht ir-responsabbilta ta’ Sport Malta, u diversi genituri ilhom żmien twil jgħaddu l-ilmenti tagħhom ma’ din l-entità rigward il-perikli u l-iżdingar fil-playing field.
Wahda mill-genituri kitbet fuq Facebook illi wara xahar, il-fence għadu ta’ periklu.
“xbajt nibgħat messaġġi u emails biex dan is-suppost playground li jinsab fi Triq Manwel Dimech f’Ħal Qormi, jingħalaq sakemm jirranġawh”, kitbet din l-omm. U jekk jigri xi haga, insistiet li mhux se tkun fuq il-kuxejnza taghha.

Ohrajn qed jistaqsu meta se jinbarraw dan il-post pubbliku u jnehhu kull periklu. Filwaqt illi residenti li tkellmu ma’ Net News qalulna li ilhom zmien twil jibghatu ilmenti lill-Kunsill Lokali u anke lil Ministri tad-Distrett.