Raġel ta’ 45 sena, resident Ħal-Qormi, weġġa’ serjament meta kien f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq l-Artillieri, Wied il-Għajn.
Il-Pulizija ġiet infurmata b’dan il-każ għal ħabta tad-9.30am u minn stħarriġ preliminarju jidher li r-raġel weġġa wara li waqa’ fit-taraġ u ħabat rasu.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja, fejn aktar tard ġie iċċertifikatt li weġġa’ serjament.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Monica Vella li fetħet inkjesta. Dan hekk kif l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>