Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn fuq sellum fil-Gżira

Raġel ta’ 74 sena mill-Gżira spiċċa jissielet għal ħajtu wara li waqa’ minn fuq sellum f’residenza fil-Gżira stess.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8:30 tas-Sibt filgħodu fi Triq Sir Andrew Cameron meta għal xi raġuni l-anzjan waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol fir-residenza.

Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lir-raġel b’urġenza l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Monica Vella li ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.