Lokali Qorti

Sentenza sospiża għal Libjan li hedded żewġ Pulizija

Libjan ta’ 43 sena li m’għandux residenza fissa f’Malta, ġie kkundannat sitt xhur ħabs sospiżi għal sena wara li ammetta li hedded żewġ uffiċjali tal-Pulizija u li wettaq ħsara volontarja fuq vettura tas-servizz. Al Gethafi Egrad li deher fil-Qorti b’punti ma wiċċu u idu u demm mal-qalziet, wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Dan kollu seħħ nhar il-Ħamis li għadda ġewwa tas-Sliema fit-8.30pm.

Mill-provi ħareġ li bdiet ġlieda fil-bajja ta’ taħt il-Fortizza fejn fuq il-post marru l-membri tal-RIU. Fil-Qorti il-Libjan ammetta wkoll li kien fis-sakra u għalhekk ma kienx kapaċi jieħu ħsieb tiegħu nniffsu, li hedded liż-żewġ kuntistabbli bil-ħsieb li jbeżżagħhom u għalhekk ma jaqdux dmirhom, li kiser il-paċi pubblika, li mbotta mara

Il-Pulizija qalet li meta marru fuq il-post, raw lill-akkużat fuq il-bajja waħdu fi stat xurban u dawn talbuh għad-dokumenti. Kien hawn li t-ton tiegħu nbidel u xħin daħluh fil-karozza tal-Pulizija beda jsabbat rasu mal-perspex u jsabbat saqajh bis-saħħa mal-bieba.

Il-Prosekuzzjoni qalet quddiem il-Maġistrat Monica Vella li fil-karozza Egrad baqa’ jitkellem ħażin, jidgħi u jgħajjar lill-Pulizija. Fl-awla ġie spjegat ukoll kif il-Libjan kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza minħabba l-ġrieħi li sofra. Ingħad ukoll li meta l-Libjant ittieħed fil-lockup tal-Pulizija għall-interrogazzjoni, filwaqt li kkopera bis-sħiħ, huwa qal li ma jiftakarx x’ġara u ma ġarax minħabba l-istat li kien fih.

U anke skuża ruħu dwar dak li seħħ u spjega li għandu problemi personali u qed jispiċċa ifittex ix-xorb. L-Avukat tal-Għajnuna Legali Charmaine Cherrett qalet li l-imputat, li għandu kondotta netta u impjieg fiss, u li lest li jagħmel tajjeb għall-ħsara li wettaq fil-karozza tal-Pulizija.

Fis-sentenza tagħha l-Qorti ħadet inkonsiderazzjoni l-ammissjoni bikrija tal-imputat u ordnatlu jħallas €400 f’danni għall-ħsara li għamel. Hija poġġiet lil-Libjan taħt ordni ta’ superviżjoni minħabba l-problema tax-xorb. Il-Prosekuzzjonin tmexxiet mill-Ispettur Jean Paul Attard u li għal Libjan deheret l-Avukat Charmaine Cherrett.