Lokali

Żagħżugħ ta’ 21 sena bi ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu

Raġel ta’ 21 sena, u li huwa resident Birkirkara, sofra ġrieħi gravi meta kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Aldo Moro, fil-Marsa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30am, meta minn stħarriġ prelimenarju rriżulta li r-raġel ta’ 21 sena tilef il-kontroll tal-mutur Kawasaki Ninja li kien qiegħed isuq u waqa’.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambuanza fejn ħadu liż-żagħżugħ l-isptar fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għahom għaddejjin.

Tags