Sport Sport Ieħor

Boċċi: Ikomplu l-Kampjonati tat-Tieni u t-Tielet Diviżjoni

(Mument mill-partita bejn Mosta u Birgu)

Fi tmiem il-ġimgħa ingħata bidu għat-Tieni Rawnd tat-Tieni Diviżjoni fejn Birkirkara baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika meta ġewwa dahrom ħarġu rebbieħa kontra Birżebbugia, 21 b’1.

Birgu baqgħu jżommu t-tieni post punt biss taħt Birkirkara wara li barra min darhom għelbu lill-Mosta 21 bi 3 filwaqt li Żejtun għelbu lil Floriana 21 b’10 biex issa telgħu fit-tielet post bi tmien punti.

Tarxien laqgħu għandom lit-tim ta’ Cospicua Rangers, b’Tarxien joħorġu rebbieħa 21 b’4.

Bormla ukoll ħargu rebbieħa kontra Santa Venera 21 b’10, biex issa naraw tlett timijiet bl-istess punti, seba’ kull wieħed, dawn huma Bormla, Birzebbugia u Tarxien biex issa nistennew u naraw aktar konfronti bejn dawn it-timijiet sabiex jiksbu l-ewwel erba’ postijiet tal-klassifika u jilagħbu għall-Play Off.

F’logħba oħra minn din id-diviżjoni Santa Luċija laqgħu f’dahrom lit-tim ta’ Thalasslejn, fejn f’logħba missielta bir-rizultat seta mar kull naħa, Santa Luċija ħarġu rebbieħa 21 bi 15.

Fit-Tielet Diviżjoni Luqa u Kalkara żammew l-ewwel post tal-klassifika bi 11-il punt kull wieħed wara li Luqa għelbu lil Pietà barra minn darhom 21 b’6 filwaqt li Kalkara ħarġu rebbieħa kontra Valletta 21 b’4.


Fgura wkoll żammew posthom wara Luqa u Kalkara, meta ħarġu rebbieħa kontra Ħamrun 21 b’7, biex issa għandhom 10 punti.

Qrendi marru jilagħbu barra min darhom kontra  San Ġwann, bil-Qrendin jirbħu 21 bi 11 filwaqt li Qormi San Ġorg ukoll ħarġu rebbieħa ġewwa dahrom kontra Marsaskala bir-riżultat ta’ 21 b’7