Lokali

Eks pulizija rrabjati għat-tmexxija tal-Kummissarju Angelo Gafa

Bosta eks pulizija li għamlu 25 sena servizz fil-Korp jinsabu rrabjati peress li ilhom numru ta’ snin lli telqu mill-Korp u għadhom sa issa ma ngħatawx ċertifikat bħala ringrazzjamanet għall-ħidma tagħhom fi ħdan il-Korp tal-Pulizija.

Eks Pulizija li tkellem ma’ Net News spjegalna li bħalu hemm madwar 300 eks pulizija oħra li għadhom qed jistennew li jinagħtaw dan iċ-ċertifikat ta’ ringrazzjament. Saħaq li din il-ħaġa qatt ma saret fl-istorja tal-Korp tal-Pulizija iżda bdiet issir minn mindu l-Korp għadda taħt it-tmexxija tal-Kummissarju attwali Angelo Gafa.

Huwa qalilna li dan l-aġir tal-Kummissarju huwa wieħed tal-mistħija hekk kif qed iħossuhom li ġew trattati ta’ ‘żibel’