Internazzjonali

Russja: Allegazzjonijiet dwar attakki fuq Belgorod

Ir-Russja qed tgħid li l-Ukrajna bdiet twettaq numru ta’ attakki fuq l-ibliet Russi man-naħa l-oħra tal-fruntiera.

Dan fost rapporti – mhumiex ikkonfermati – li nqatlu numru ta’ nies fost diversi splużjonijiet fil-belt Russa ta’ Belgorod.

Il-Gvernatur reġjonali Vyacheslav Gladkov  qal li għexieren tal-bini ġarrbu l-ħsarat mill-isplużjonijiet waqt li uffiċjali oħra tar-Russja sostnew li ‘l-isplużjonijiet kienu riżultat tal-missili sparati b’intenzjoni lejn il-poplu ċivili ta’ Belgorod’ – li tinsab 40 kilometru biss ‘il-bogħod mill-fruntiera Ukrena lejn it-Tramuntana.