Lokali Saħħa

Sejħa urġenti għal għoti tad-demm

F’post fuq il-media soċjali,  is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm appella sabiex il-pubbliku jersaq u jagħti d-demm. Dan hekk kif hemm ħtieġa urġenti ta’ demm kemm għall-adulti, kif ukoll għat-trabi.

Il-Bank tad-Demm fl-Isptar Mater Dei għandu bżonn b’mod urġenti demm tat-tip O positive, A positive, B positive, AB positive u O negative.

L-appell ikompli jgħid biex f’dan it-temp sħun, il-pubbliku ma jaqtax qalbu hekk kif il-koperazzjoni ta’ kull min hu f’saħħtu hi ferm mistennija għax il-pazjenti ma jistgħux jistennew.

is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm appella wkoll sabiex ikun hemm sewqan prudenti sabiex is-sitwazzjoni ma tiggravax.

Intant l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi waqt li kien qed iqaddes quddies fil-Kappella tad-Dar tal-Providenza wkoll appella sabiex kull min jista’, jersaq sabiex jagħti d-demm… azzjoni li tista’ twassal biex tkun salvata ħajja ta’ persuna.