Tkompli tikber il-pressjoni sabiex l-Avukat Ġenerali Victoria Buttiġieġ tirreżenja, jew saħansitra titneħħa mill-kariga tagħha fi ħdan is-sistema ġudizzjarja ta’ pajjiżna.
Dan hekk kif matul il-kariga tagħha, l-Avukat Ġenerali, wettqet diversi nuqqsijiet, speċifikament fi tliet każi fejn l-akkużati kellhom jinħelsu fuq żbalji li saru mill-Avukat Ġenerali nnfisha.
L-ewwel żball li sar kien fil-każ tal-attentat ta’ serqa tal-HSBC lura fl-2010, fejn ix-xhud ewlieni Darren Debono, magħruf bħala t-Topo kellu patt li jekk jixhed f’dan il-każ jingħata 10 snin ħabs u jitwaqqgħu l-akkużi kontrih ta’ attentat ta’ qtil fuq uffiċjal tal-pulizija.
Madankollu diversi avvenimenti li ġraw sakemm intlaħaq dan il-patt mat-Topo, kienu diġa ħamġu r-reputazzjoni ta’ Buttigieg.
It-tnieni żball seħħ ftit tal-jiem ilu, meta kien hemm referenza ħażina għall-akkużi miġjuba kontra tnejn mill-avukati ta’ Yorgen Fenech meta ġew akkużati li ppruvaw jikkorrompu lil ġurnalist. Dan l-iżball wassal lill-Qorti biex twaqqa’ kull akkuża kontra l-avukati ta’ Yorgen Fenech.
It-tielet żball kien dwar każ li jikkonċerna l-estradizzjoni ta’ raġel involut f’wieħed mill-akbar grupp mafjuż fl-Italja. Ir-raġel ġie arrestat f’Malta wara li l-Pulizija Taljana ħarġet mandat ta’ arrest, madankollu l-proċeduri twaqqgħu, hekk kif il-prosekuzzjoni falliet milli turi d-dokumenti kompluti rigward il-mandat ta’ arrest infisu.
Dan l-iżball mill-Avukat Ġenerali reġa’ wassal sabiex akkużat ieħor jinħeles u jitwaqqgħu l-akkużi miġjuba kontrih.
L-editorjal tal-Malta Independent on Sunday tefa’ dawk fuq din il-kwistjoni fejn qal li qabel il-ħatra ta’ Victoria Buttiġieġ diġa kien hemm numru ta’ nies li kienu inkwetati rigward il-kapaċitajiet tagħħa, speċjalment, meta ġie żvelat li Buttiġieġ qatt ma speċjalizzat fil-liġi kriminali u wisq anqas, qatt ma kellha każ kriminali qabel ma’ ħadet il-kariga ta’ Avukat Ġenerali.
Madankollu meta l-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard ġie mistoqsi jekk hux se jittieħdu passi sabiex Buttiġieġ titneħħa mill-kariga tagħha, Attard għażel li jiddefendi lill-Avukat Ġenerali.
//= $special ?>