Lokali

Tkompli titnaqqar il-paga tal-ħaddiem Malti

Il-paga minima f’pajjizna hija 777 ewro fix-xahar. Madankollu, riċerka riċenti qed turi kif il-ħaddiem, kull xahar qiegħed jifdallu ferm anqas fil-but.

Il-gazzetta MaltaToday żvelat kif minħabba l-inflazzjoni bla rażan li qiegħed jesperjenza l-poplu Malti, il-ħaddiem ra tnaqqis ta’ madwar 3% f’kemm jifdallu flus fil-but mill-paga minima tiegħu …. hekk kif qiegħed jkompli jsibha ferm diffiċli biex jlaħħaq mal-ħajja ta’ kuljum. Dan jghodd ukoll ghal min ghandu paga medja – haddiema li anke huma qed ihossu d-daqqa taz-zieda fil-prezzijiet.

L-artiklu tal-Malta Today juri kif minkejja l-COLA tal-Gvern, il-ħaddiem Malti bħalissa mhux talli mhux qiegħed jiifdallu ż-żieda, iżda qiegħed jifdallu 2% anqas tal-paga minima tiegħu.

Il-MaltaToday tirrapporta wkoll kif il-Eurofound, istituzzjoni li tevalwa l-kwalita tal-ħajja fi ħdan l-Istati Ewoprej, jindika kif il-paga minima tal-ħaddiem Malti hija t-tieni l-agħar fl-Ewropa.

Il-Eurfound juri kif matul is-snin diversi pajjiżi Ewropej komplew jgħinu lill-ħaddiema tagħhom jikkumbattu l-inflazzjoni billi jgħollulhom il-paga minima. Pereżempju l-Potrugal, żied il-paga minima b’6 fil-mija.
Madankollu taħt il-Gvern Laburista li-ħaddiem Malti kompla jitgħaffeġġ bit-tnaqqir fil-paga tiegħu …. minflokk żieda.

Sadanittant minbarra nuqqas fil-paga minima, għadha teżisti wkoll l-inugwaljanza fis-salarji, hekk kif il-klassi medja qiegħda tkompli tisfaxxa fix-xejn, u jiżdiedu l-estremitajiet bejn il-foqra u s-sinjuri.

Fl-ahhar jiem, Net News saqsa direttament lill-Prim Ministru Robert Abela dwar x’se jaghmel quddiem l-isfida taz-zieda fil-prezzijiet. B’Robert Abela jghid biss li l-għoli tal-ħajja qedgħda toqros.

Tags