Internazzjonali

Tliet pulizija Amerikani jinqatlu waqt arrest ta’ raġel akkużat bi vjolenza domestika

Tliet pulizija nqatlu wara li sparaw fuqhom waqt li kienu qed jarrestaw raġel suspettat bi vjolenza domestika. Il-każ seħħ fl-istat ta’ Kentucky għall-ħabta tas-7pm.

Il-pulizija li nqatlu huma Ralph Frasure li kien ilu fis-servizz għal 39 sena, William Petry u Jacob Chaffins. Dan tal-aħħar kellu kelb tal-Pulizija miegħu.

Wara l-isparaturi, pulizija oħra li kien hemm fuq il-post arrestaw lir-raġel ta’ 49 sena, Lance Storz… wara li l-Pulizija flimkien ma’ qraba ta’ Storz ikkonvinċewh biex jagħti ruħu b’idejh.

Erba’ persuni oħra sofrew minn xi ġrieħi waqt l-isparaturi li damu kważi tliet sigħat.