Lokali Saħħa

AĠĠORNATA: Każ ieħor f’San Vinċenz; anzjana fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet sular u nofs

Aġġornata:

Anzjana ta’ 92 sena qed tissielet għal ħajjitha wara li waqgħet għoli ta’ madwar sular u nofs mit-tieqa ta’ kamra fir-Residenza San Vinċenz de Paul għall-ħabta tas-7:30 ta’ dalgħodu.

Iktar kmieni:

Uffiċjali tal-Pulizija issejħu fir-Residenza San Vinċenz de Paul wara rapport li anzjana kienet waqgħet minn għoli.

Jidher li l-anzjana waqgħet minn tieqa tal-kamra tal-banju, minn għoli ta’ ftit aktar minn sular.

Hi ttieħdet l-isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn qed tingħata l-kura meħtieġa.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Elaine Mercieca li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Dan il-każ huwa t-tieni wieħed ta’ tħassib wara li l-ġimgħa li għaddiet Karmenu Fino irnexxielu jaħrab minn din ir-Residenza.